LANGUAGE
Maltese
Software ACR ta’ Alphonso
Termini tas-Servizz
Data Effettiva: 15 ta’ Awwissu 2022
Alphonso Inc. żviluppat software partikolari għat-televiżjonijiet smart. Is-software ta’ Alphonso huwa mibni fuq l-ACR, li huwa definit bħala t-teknoloġija li tintuża biex jiġi identifikat il-kontenut eżegwit fuq apparat tal-media. Is-software ACR ta’ Alphonso jagħti lil Alphonso l-kapaċità li tiġbor u tanalizza l-kontenut disponibbli għall-pubbliku (programmi, reklami, films, logħob tat-televiżjoni) li jkun qed jiġi eżegwit fuq it-televiżjoni jew permezz tiegħu. L-għodod għall-ġbir, il-ħżin, l-analiżi u r-rapportar tad-data tas-software ACR ta’ Alphonso huma kollettivament imsejħa s-Servizz.
Qabel ma taqbel li tattiva s-software ACR ta’ Alphonso u li tgawdi l-benefiċċji tas-Servizz, trid taqra u taqbel mat-termini u l-kundizzjonijiet ta’ hawn taħt, tiċċertifika li inti l-ġenitur jew il-gwardjan ta’ kwalunkwe persuna taħt l-età ta’ 18-il sena li tara dan l-apparat, u tipprovdi u tikseb il-kunsens għal dan il-ftehim minn kwalunkwe persuna li timmonitorja l-apparat li fuqu tattiva s-software ACR ta’ Alphonso. Bl-attivazzjoni tas-software ACR ta’ Alphonso, taqbel li tkun marbut b’dawn it-Termini tas-Servizz u l-politika ta’ privatezza applikabbli, inkluż li l-informazzjoni dwar ir-riċerka tas-suq li tinġabar mill-apparat tiegħek potenzjalment tiġi ttrasferita lejn l-Istati Uniti u tinħażen fihom.
Rekwiżiti għall-Parteċipazzjoni
Sabiex tipparteċipa f’dan il-programm, irid:
- Ikollok mill-inqas 18-il sena u tkun tista’ tidħol fi ftehim vinkolanti;
- Tkun il-ġenitur jew il-gwardjan legali ta’ kwalunkwe persuna taħt it-18-il sena li jkollha aċċess għall-apparat li fuqu jiġi attivat is-software ACR ta’ Alphonso;
- Tkun sid l-apparat li inti tippermetti li jiġi kkonfigurat biex juża s-software ACR ta’ Alphonso;
- Ma tkunx impjegat jew relatat ma’ individwu impjegat minn kumpanija tar-riċerka
tas-suq mhux affiljata; u - Tirrikonoxxi u taqbel li tippermetti lis-Servizz jopera kif deskritt hawnhekk, inkluż li tippermetti lis-Servizz jagħmel aġġornamenti b’mod awtomatiku dment li kwalunkwe aġġornament bħal dan ma jbiddilx il-funzjonalità tas-Servizz lil hinn minn dak li huwa deskritt fil-politika ta’ privatezza u f’dawn it-Termini tas-Servizz.
X’għandi nagħmel jekk inkun nixtieq nieqaf nipparteċipa f’dan il-programm?
Tista’ tiddiżattiva s-software ACR ta’ Alphonso fi kwalunkwe ħin mill-menù tas-settings
tal-apparat tiegħek.
Jekk jogħġbok innota: għandna mnejn nkomplu nużaw l-informazzjoni miġbura qabel
id-diżattivazzjoni tiegħek tas-software ACR ta’ Alphonso, iżda din l-informazzjoni kollha
tibqa’ kompletament soġġetta għall-ftehim effettiv fiż-żmien tar-riżenja tiegħek u tibqa’
rregolata minnu.
Kif se niġi nnotifikat dwar il-bidliet f’dan il-Ftehim?
Jekk nibdlu l-prattiki tagħna ta’ kif nimmaniġġjaw l-informazzjoni personali, jew jekk nibdlu materjalment aspetti oħra tal-programm tagħna, inkluż iżda mhux limitat għal kwalunkwe bidla fil-kamp ta’ applikazzjoni jew fin-natura tal-inċentivi pprovduti, aħna se nipprovdu din l-informazzjoni l-ġdida u se nippermettulek terġa’ tabbona għas-Servizz.
X’inhuma l-obbligi tiegħi bħala parteċipant?
Bħala parteċipant, taqbel li:
- Tippermetti lis-software ACR ta’ Alphonso jiġbor u juża l-informazzjoni miksuba
mill-apparat tiegħek kif deskritt f’dan il-ftehim; - Tagħmel sforzi raġonevoli biex tiżgura li kwalunkwe persuna oħra li timmonitorja
l-apparat tkun konxja tat-termini ta’ dan il-ftehim u taqbel magħhom; u - Tippermetti li jsiru aġġornamenti għall-programm.
Bħala parteċipant, taqbel li:
- Ma tipprovax tagħmel inġinerija inversa, tiddekompila, jew iżżarma l-programm.
X’inhu l-impenn tagħna fil-konfront tal-parteċipanti?
Aħna nimpenjaw ruħna li nużaw biss l-informazzjoni miksuba mill-apparat kif deskritt f’dawn it-Termini tas-Servizz u l-politika ta’ privatezza applikabbli.
Avviż dwar il-Privattiva
Is-Servizz jinkorpora u jimplimenta teknoloġiji bi privattiva. Għal aktar informazzjoni żur https://alphonso.tv/patents/.
L-Ebda Garanzija
L-ASPETTI KOLLHA TAS-SERVIZZ HUMA PPROVDUTI “KIF INHU” U “KIF DISPONIBBLI”. L-ASPETTI KOLLHA TAS-SERVIZZ JIĠU PPROVDUTI MINGĦAJR RAPPREŻENTAZZJONI JEW GARANZIJA TA’ KWALUNKWE TIP, ESPRESSA JEW IMPLIĊITA, INKLUŻI, IŻDA MHUX LIMITATI GĦALL-GARANZIJI IMPLIĊITI KOLLHA TA’ AKKURATEZZA, INTEGRAZZJONI, TITOLU, NUQQAS TA’ KSUR, TGAWDIJA
BI TRANKWILLITÀ, KUMMERĊJABBILTÀ U IDONEITÀ GĦAL SKOP PARTIKOLARI, U L-GARANZIJI KOLLHA IMPLIKATI MINN KWALUNKWE KORS TA’ PRESTAZZJONI JEW UŻU TAL-KUMMERĊ, LI LKOLL HUMA MIĊĦUDA B’MOD ESPLIĊITU. ALPHONSO U L-AFFILJATI TAGĦHA, IL-LIĊENZJATURI U S-SĦAB KUMMERĊJALI MA JIGGARANTIXXUX LI: (A) IS-SERVIZZ SE JKUN SIGUR JEW DISPONIBBLI FI KWALUNKWE ĦIN JEW POST PARTIKOLARI; (B) KWALUNKWE DIFETT JEW ŻBALL SE JIĠI KKOREĠUT; (C) IS-SERVIZZ SE JKUN ĦIELES MINN VIRUSES JEW MINN KOMPONENTI OĦRA TA’ ĦSARA; JEW LI (D) JISTA’ JINKISEB KWALUNKWE RIŻULTAT JEW EŻITU. L-UŻU TAS-SERVIZZ HUWA UNIKAMENT B’RISKJU GĦALIK.
Limitazzjoni tar-Responsabbiltà
Taqbel li Alphonso ma għandha tkun responsabbli għal ebda aċċess mhux awtorizzat għal, tibdil jew użu tal-kont, tat-trażmissjonijiet jew tad-data tiegħek, jew għal kwalunkwe materjal jew data mibgħuta jew riċevuta jew li ma tintbagħatx jew li ma tasalx permezz tas-Servizz.
ALPHONSO (JEW L-AFFILJATI, IL-LIĊENZJATURI U S-SĦAB KUMMERĊJALI TAGĦHA) MA GĦANDHOM FL-EBDA KAŻ IKUNU RESPONSABBLI FIR-RIGWARD TA’ KWALUNKWE ASPETT TAS-SERVIZZ, IRRISPETTIVAMENT MILL-FORMA TA’ KWALUNKWE TALBA JEW AZZJONI (KEMM JEKK F’KUNTRATT, NEGLIĠENZA, RESPONSABBILTÀ STRETTA JEW MOD IEĦOR), GĦAL KWALUNKWE (A) KWISTJONI LIL HINN MILL-KONTROLL RAĠONEVOLI TAGĦHA, (B) TELF JEW INEŻATTEZZA TA’ DATA, TELF JEW INTERRUZZJONI TAL-UŻU, JEW KOST TAL-AKKWIST TA’ TEKNOLOĠIJI, PRODOTTI JEW SERVIZZI TA’ SOSTITUZZJONI, (C) DANNI INDIRETTI, PUNITTIVI, INĊIDENTALI, TA’ DIPENDENZA, SPEĊJALI, EŻEMPLARI JEW KONSEGWENZJALI INKLUŻI, IŻDA MHUX LIMITATI GĦAL, IT-TELF TAN-NEGOZJU, ID-DĦUL, IL-PROFITTI JEW L-AVVJAMENT, JEW (D)
DANNI FL-AGGREGAT, LI JAQBŻU L-100 DOLLARU AMERIKAN, ANKE JEKK ALPHONSO TKUN ĠIET AVŻATA DWAR IL-POSSIBBILTÀ TA’ TALI DANNI. DAWN IL-LIMITAZZJONIJIET HUMA INDIPENDENTI MID-DISPOŻIZZJONIJIET L-OĦRA KOLLHA TA’ DAN IL-FTEHIM U GĦANDHOM JAPPLIKAW MINKEJJA N-NUQQAS TA’ KWALUNKWE RIMEDJU PPROVDUT FIH.
XI STATI U ĠURIŻDIZZJONIJIET OĦRA MA JIPPERMETTUX L-ESKLUŻJONI JEW
IL-LIMITAZZJONI TAR-RESPONSABBILTÀ GĦAL DANNI INĊIDENTALI JEW KONSEGWENZJALI, GĦALHEKK IL-LIMITAZZJONIJIET U L-ESKLUŻJONIJIET IMSEMMIJA HAWN FUQ JISTGĦU MA JAPPLIKAWX GĦALIK.
Utenti tar-Renju Unit: Xejn f’dan il-ftehim ma għandu jeskludi r-responsabbiltà għall-mewt jew il-korriment personali li jirriżulta minn negliġenza jew minn rappreżentazzjoni ħażina frawdolenti b’rabta mal-użu tiegħek tas-software.
Utenti Ġermaniżi: Id-dritt tiegħek li tagħti prova li ma tkun seħħet l-ebda ħsara jibqa’ mhux affettwat minn dan ta’ hawn fuq. Uħud mid-dispożizzjonijiet ta’ rinunzja jistgħu ma jkunux effettivi f’ċerti pajjiżi/stati/provinċji/ġuriżdizzjonijiet, u għalhekk ir-rikonoxximenti u t-termini ta’ hawn fuq jistgħu ma japplikawx għalik fl-intier tagħhom.
X’inhuma t-termini u l-kundizzjonijiet legali l-oħra tal-parteċipazzjoni f’dan il-programm?
Liġi Regolatorja: Verżjoni stampata ta’ dawn it-termini u ta’ kwalunkwe avviż mogħti f’forma elettronika għandha tkun ammissibbli fi proċedimenti ġudizzjarji jew amministrattivi bl-istess mod u soġġetta għall-istess kundizzjonijiet bħal dokumenti kummerċjali u rekords oħrajn oriġinarjament iġġenerati u miżmuma f’forma stampata. Inti u Alphonso taqblu li kwalunkwe talba jew kawża ta’ azzjoni li tirriżulta mis-Servizz jew li tkun relatata miegħu trid tinbeda fi żmien sena wara li tkun seħħet it-talba jew il-kawża tal-azzjoni, inkella, tali talba jew kawża ta’ azzjoni tiġi preskritta b’mod permanenti.
Dan il-ftehim għandu jkun regolat u interpretat f’konformità mal-liġijiet tal-Istat ta’ New York, minbarra r-regoli tiegħu dwar il-kunflitti tal-liġi, u ma’ dawk tal-Istati Uniti tal-Amerika. Fil-każ ta’ kwalunkwe kunflitt bejn il-liġijiet, ir-regolamenti u r-regoli tal-Istati Uniti u dawk barranin, għandhom jipprevalu l-liġijiet, ir-regolamenti u r-regoli tal-Istati Uniti. Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kuntratti ta’ Bejgħ Internazzjonali ta’ Merkanzija ma għandhiex tapplika.
It-tilwim kollu bejn il-partijiet li jirriżulta minn jew b’rabta ma’ dan il-ftehim għandu jiġi solvut permezz ta’ arbitraġġ vinkolanti f’konformità mar-regoli u l-proċeduri ta’ arbitraġġ simplifikat JAMS fis-seħħ f’dak iż-żmien, minn arbitru newtrali wieħed maħtur f’konformità mar-regoli, ħlief li kwalunkwe parti tista’ tfittex inġunzjoni jew rimedju ekwu ieħor minn kwalunkwe qorti ta’ ġuriżdizzjoni kompetenti. L-arbitraġġ għandu jsir fl-Istati Uniti. Il-proċedimenti għandhom ikunu bl-Ingliż, l-evidenza kollha għandha tkun bl-Ingliż (jew tradotta bl-Ingliż) u l-liġi regolatorja għandha tkun kif inhi stabbilita hawnhekk. Id-deċiżjoni tal-arbitru għandha tkun bil-miktub u għandha tikkonforma mat-termini u l-kundizzjonijiet kollha fil-politika attwali ta’ privatezza ta’ dak iż-żmien. Id-deċiżjoni u l-aġġudikazzjoni mogħtija għandhom ikunu finali u vinkolanti fuq iż-żewġ partijiet. Il-partijiet jirrikonoxxu u jaqblu li l-politika ta’ privatezza u kwalunkwe aġġudikazzjoni li tingħata skont din, għandhom ikunu rregolati mill-Konvenzjoni tan-NU dwar ir-Rikonoxximent u l-Eżekuzzjoni ta’ Deċiżjonijiet ta’ Arbitraġġ Barranin. Is-sentenza dwar l-aġġudikazzjoni tista’ tiddaħħal fi kwalunkwe qorti ta’ ġuriżdizzjoni kompetenti.
KWALUNKWE ARBITRAĠĠ TA’ HAWN TAĦT SE JSIR BISS FUQ BAŻI INDIVIDWALI; L-ARBITRAĠĠI KOLLETTIVI U L-AZZJONIJIET KOLLETTIVI MHUMIEX PERMESSI. INTI TIFHEM U TAQBEL LI BILLI TIDĦOL F’DAWN IT-TERMINI, INTI U ALPHONSO T-TNEJN LI INTOM QED TIRRINUNZJAW GĦAD-DRITT GĦAL PROĊESS QUDDIEM ĠURIJA U LI TIPPARTEĊIPAW F’AZZJONI KOLLETTIVA.
L-użu tas-Servizz mhuwa awtorizzat fl-ebda ġuriżdizzjoni li ma tagħtix effett lid-dispożizzjonijiet kollha ta’ hawn taħt, inkluż mingħajr limitazzjoni, din it-taqsima.
Integrazzjoni: Dawn it-Termini tas-Servizz u l-Politika ta’ Privatezza applikabbli huma l-ftehim kollu bejnek u bejn Alphonso fir-rigward tal-aċċess, l-użu u l-operat tas-Servizz, u jieħdu post il-komunikazzjonijiet, il-proposti u l-ftehimiet kollha preċedenti jew kontemporanji (kemm jekk bil-fomm, bil-miktub jew elettroniċi) bejnek u bejn Alphonso fir-rigward tas-Servizz. Jekk jinstab li kwalunkwe dispożizzjoni hawn taħt ma tkunx infurzabbli jew tkun invalida, dik id-dispożizzjoni se tkun limitata jew eliminata sal-minimu meħtieġ sabiex it-termini ta’ hawn taħt xorta jibqgħu fis-seħħ u effettivi u infurzabbli bis-sħiħ.
Dispożizzjonijiet Ġenerali: Id-drittijiet u l-obbligi tiegħek hawn taħt huma personali għalik, u mhumiex assenjabbli, trasferibbli jew subliċenzjabbli minnek ħlief bil-kunsens bil-miktub minn qabel ta’ Alphonso. Alphonso tista’ tissottokuntratta, tiddelega, tassenja jew tittrasferixxi b’xi mod ieħor kwalunkwe dritt, liċenzja u obbligu tagħha jew id-drittijiet, il-liċenzji u l-obbligi kollha tagħha hawn taħt mingħajr il-kunsens tiegħek. Ir-rinunzji, il-kunsensi u l-modifiki kollha jridu jkunu bil-miktub iffirmati miż-żewġ partijiet, ħlief kif previst mod ieħor hawnhekk. Ma tinħoloq l-ebda aġenzija, sħubija, impriża konġunta, jew relazzjoni ta’ impjieg, u l-ebda parti ma għandha xi awtorità ta’ kwalunkwe tip biex torbot lill-parti l-oħra fi kwalunkwe aspett. L-avviżi kollha se jkunu bil-miktub, bl-Ingliż u se jitqiesu li ngħataw kif xieraq meta jiġu riċevuti, jekk jiġu kkonsenjati personalment jew jintbagħtu permezz ta’ posta ċertifikata jew irreġistrata jew express courier, riċevuta ta’ ritorn mitluba; jew meta r-riċevuta tiġi kkonfermata b’mod elettroniku, jekk tiġi trażmessa permezz ta’ facsimile jew posta elettronika.
Id-drittijiet kollha li ma jingħatawx b’mod espliċitu hawnhekk huma riżervati.
Rinunzja: Jekk ma neżerċitawx jew ma ninfurzawx kwalunkwe dritt jew dispożizzjoni
tal-Ftehim, dan ma għandux jikkostitwixxi rinunzja ta’ tali dritt jew dispożizzjoni.
Separabbiltà: Jekk kwalunkwe dispożizzjoni ta’ dan il-ftehim titqies li ma tkunx infurzabbli,
tali dispożizzjoni għandha tiġi riformata biss sa fejn ikun meħtieġ biex issir infurzabbli. Fi kwalunkwe każ, id-dispożizzjonijiet li jifdal għandhom jiġu infurzati.
Kuntatt
Jekk għandek xi mistoqsijiet dwar it-Termini tas-Servizz ta’ Alphonso Smart TV, il-Politika ta’ Privatezza jew in-negozji tiegħek mas-Servizz, jekk jogħġbok ikkuntattjana fl-ambitu tar-rwol tagħna bħala kontrollur tad-data, fuq:
Alphonso Inc.
Attn: Privacy
211 Hope Street, Suite 390905
Mountain View, CA 94041 USA
E-mail: info@alphonso.tv